Jiddispjaċina, il-brawżer tiegħek mhuwiex kompatibbli

Irreġistra L-Ewwel/It-Tieni/It-Tielet/Ir-Raba' Depożitu – Bonus tal-Logħba sa $400 • Klijenti ġodda biss • Depożitu minimu $10 • Imħatri 70x • Japplikaw termini

Ir-Rulett Online Tagħtik Rebħiet Kbar fuq Rota Żgħira

Ir-Rulett hija l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħ in-nies meta jaħsbu dwar logħob tal-każinò aktar milli ħaġ’oħra, inklużi slot machines u l-Blackjack. Milgħuba l-ewwel fi Franza, malajr infirxet mal-kumplament tal-Ewropa u mbagħad fl-Amerika. Ir-riżultat huwa li llum għandha verżjonijiet Amerikani, Ewropej u Franċiżi tal-logħba.

Tista’ tieħu gost b’eżempji superbi ta’ kull tip ta’ logħba f’JackpotCity. Microgaming jipprovdi l-logħob tal-każinò konvenzjonali, u Evolution Games jipprovdi l-verżjonijiet tagħna tal-live dealer. Ħu ftit ħin biex issir taf ftit aktar dwar kif il-logħba taħdem hawnhekk, u mbagħad ħu pjaċir int stess bil-kwalità għolja.

L-Essenzjali tar-Rulett

L-isem ta’ din il-logħba jfisser “Rota Żgħir” bil-Franċiż, u l-azzjoni tagħha tiffoka fuq waħda minn dawn. Ir-roti fil-logħbiet huma maqsuma f’tal-inqas 37 segment. Dejjem ikun hemm panew aħdar bin-numru 0, u panewijiet enumerati minn 1 sa 36 u kkuluriti aħmar u iswed b’mod alternanti.

Fil-logħbiet Amerikani, hemm segment aħdar addizzjonali enumerat 00 li jagħmel it-truf tar-rota aktar weqfin – l-aħjar li tibda bil-verżjonijiet Ewropej jew Franċiżi għal din ir-raġuni. Tkun liema tkun il-varjazzjoni li tilgħab, ir-rota tiddawwar u tintefa boċċa fiha.

Il-kompitu tiegħek huwa li tipprevedi liema panew se tkun fih il-boċċa meta r-rota tieqaf iddur. Biex tagħmel dan, jeħtieġ li tqiegħed iċ-chips tiegħek fl-ispazju xieraq tal-mejda tal-imħatri. L-animazzjonijiet u r-Random Number Generation jagħtu l-ħajja lil-logħba fit-titli tagħna ta’ Microgaming, u b’Evolution Gaming l-aħjar live dealers jikkontrollaw l-azzjoni reali.

L-Imħatri li Tista’ Tqiegħed

Hemm strixxa tal-imħatri esterna u interna fuq il-mejda tar-Rulett, u għaldaqstant imħatri li jinsabu fiż-żoni esterni u interni huma magħrufa bħala Outside Bets u Inside Bets rispettivament. Plejers prinċipjanti għandhom joqogħdu fuq l-Outside Bets.

Il-probabbiltajiet ta’ dawn l-imħatri huma ħafna aħjar, għalhekk għandek aktar ċans li titħallas waqt li ssir aktar familjari mal-logħba. L-Outside Bets jinkludu l-opzjonijiet Fard/Żewġ, Aħmar/Iswed u l-Ewwel 18/It-Tieni 18. Tkun qed tagħmel imħatra fuq jekk il-boċċa tieqafx fuq panew b’numru farrad jew żewġ, jew jekk il-panew ikunx aħmar jew iswed, jew jekk in-numru tal-panew hux se jkun minn 1 sa 18 jew minn 19 sa 36 f’kull wieħed minn dawn il-każijiet.

L-Inside Bets huma aktar kumplessi u speċifiċi u huma ftit differenti fit-tliet verżjonijiet tal-logħba, iżda l-ogħla riskju u premju huwa għal Straight Bet f’kull każ. Hawn, int tqiegħed il-flus fuq il-panew eżatt fejn se tieqaf il-boċċa. Il-probabbiltà li dan iseħħ hija biss ta’ 2.6% sa 2.7%, iżda l-ħlas huwa proporzjon inkredibbli ta’ 35:1. Jekk qed tħossok b’xortik sew, din l-imħatra tista’ tkun għalik!

Għall-prinċipjanti, il-Rulett Ewropea tista’ tkun l-aħjar opzjoni peress illi toffri inqas imħatri u għalhekk hija aktar sempliċi b’mod ġenerali. Min-naħa l-oħra, il-logħba Franċiż għandha r-regola unika ta’ La Partage u din tista’ tagħmilha l-aħjar alternattiva.

Ir-regola ta’ La Partage tgħid li meta titlef fuq imħatri biż-żewġ, int titħallas lura nofs ta’ dak li tkun qegħidt fl-imħatra fl-ewwel istanza. Peress illi tkun qed titgħallem il-logħba u aktar suxxettibbli li tagħmel l-iżbalji, dan jista’ jkun utli ħafna.

Kwalità Superba f’JackpotCity

Irrispettivament minn liema tip ta’ logħba tar-Rota Żgħira int tiddeċiedi li tilgħab, l-aħjar opzjoni fejn tagħmel dan hija JackpotCity Malta. Il-każinò online tagħna joffrilek bonuses mill-aqwa, appoġġ għall-klijenti ta’ 24 siegħa, opzjonijiet għal ibbankjar sigur u funzjonalità tajba b’mod ġenerali. Esperjenza dan kollu, bħala applikazzjoni mniżżla jew fil-brawżer tal-għażla tiegħek, waqt li tara r-rota ddur u żżomm in-nifs biex tara fejn se tieqaf!